Salnitroma
  • Store
    • Paintings
  • Home
    • FAQ's
    • Contact Us
    • Terms & Conditions
    • How it all started..
  • All personalised Felt Name Designs
    • All personalized felt name designs
    • Mini Personalized Felt Names
    • Garlands
    • Owls
    • Handmade Felt Souvenirs
    • Other Felt Products
    • How do I place my order
  • Christmas Items
    • Christmas Felt Ornaments
    • Christmas Clay Ornaments & Decor
    • Christmas Stockings
  • Clay Items
    • All Clay Items
    • The Happy Quotes
    • Dishes & more..
    • Clay Ornaments, Keepsakes & Wall Decor
  • Blog

Kartolini ghal kull okkazjoni, personalizzati

Saturday, 12 November 2011 13:10   
Ramona Portelli  
 
Nghid id-dritt personalment qatt ma
kont dilettanta tal-kartolini, tal-ebda okkazjoni proprjament. Imma
biex inkun ghedt kollox, gieli bghatt kartolini f’okkazjonijiet diversi.
Madankollu ma jfissirx li ma napprezzahomx, anzi tara wahda u tinsa
l-ohra. Izda llum bit-teknologija moderna, messagg bil-mowbajl jew
e-mail jafu jiehdu post messagg ta’ kartolina.
Kartolini nsibu hafna lesti ghall-bejgh
fuq l-ixkafef. Izda hawn min jippreferi kartolini
personalizzati. Proprju fuq hekk hija din l-intervista tieghi
tal-lum, u ghalhekk kif jghid il-Malti li l-baqra tinbiegh kollha!!!
Sirt naf b’Mary Anne Salnitro li timla
l-granet taghha billi toqghod taghmel il-kartolini personalizzati u anke
mhumiex. Il-gost taghha li zzejjen u tohloq kartolini unici u differenti minn
xulxin. Iltqajt maghha d-dar taghha stess il-Hamrun, fil-kamra fejn toqghod
tghaddi l-hin taghmel il-kartolini.
Stajt ninnota fil-fatt
hafna tipi ta’ materjali, kartoncini, stampi kkuluriti u diversi oggetti ohra li
kollha tuzahom ghall-kartolini taghha. 
“Ili naghmel il-kartolini
minn mindu kont zghira. Kont intiehom bhala rigal lil ommi u
z-zijiet tieghi. Kont waqaft naghmilhom matul dak iz-zmien li kont bdejt nikber
u nohrog. Imbaghad kont izzewwigt u minhabba li ghandi tlett itfal, ma tantx
kelli cans. Kont naghmel kartolina wahda ’l hawn u ’l hemm. Ergajt bdejt naghmel
ftit aktar is-sena l-ohra. 
Din is-sena r-rizoluzzjoni
tieghi kienet li nerga’ nibda naghmel il-kartolini ghal kull membru tal-familja,
ghax ahna qeghdin fuq xi hamsin, jew aktar. Imbaghad bdew jghiduli kemm kienu
sbieh. Bdejt nixtri aktar affarjiet biex nahdem bihom. Qaluli li
kien hawn min ibieghhom u biex niehu cans. Allura ddecidejt fit-8
ta Mejju 2011 biex inxerred ix-xoghol tieghi fuq Facebook. Malajr
bdew dehlin l-ordnijiet u jsaqsuni jekk naghmilhomx personalizzati,” bdiet
tirrakkuntali kollha hegga Mary Anne.
 Issostni li ghall-ewwel xhur li ilha
taghti spinta fuq il-kartolini kellha rispons tajjeb hafna. “Nista’ nghid li
fejn il-bidu jkun iebes ghal haddiehor, ghalija ma tantx kien”, tbissmet
tghidli. Bdiet tiehu sehem ukoll waqt esebizzjonijiet bhal Malta
Women in Business u ftit ilu waqt Patches ukoll
Mary Anne ghandha 32 sena u hija omm
mizzewga bi tlett itfal. Ghandha ghal qalbha hafna l-crafts u
s-safar. Staqsejtha xi kemm tiddedika hin minn taghha sabiex taghmel
il-kartolini, u qaltli li meta jkollha xi fiera qed toqrob, tipprova tahdem sitt
sighat kuljum.
 “Biss biss kull kartolina
tehodli madwar siegha jew siegha u nofs kull wahda biex inlestiha.
Niehu gost hafna, u kull wahda li naghmel inkun irridha perfetta daqs li
kieku ser intiha lil xi hadd ghal qalbi. Dejjem inzomm f’mohhi li
min ikun ser jaghti l-istess kartolina, jkun irid iferrah lil dak li jkun qed
jirciviha”
Qbadt nitkellem maghha
dwar it-tipi differenti ta’ materjali li jkollha bzonn tuza ghall-kartolini li
taghmel hi. Digà kont innutajt kxaxen ippustjati, u meta fethitli kull kexxun
aktar, stajt nosserva l-organizzazzjoni li ghandha. F’kull kexxun izzomm tipi
ta’ buttuni differenti, kartoncini, stampi kkuluriti lesti, envelops, boroz
trasparenti u professjonali, zigarelli tas-satin u hafna oggetti ohra li ta’
kull darba jkollha bzonn u tuza. Anke timbri bi kliem lesti ghal
fuq wara ta’ kull kartolina ssibilha. Sthajjiltha qisha fabbrika zghira migbura
go kamra wahda f’darha stess!!
Tghallmet wahedha
 Interessanti hu li Mary Anne ma
tghallmet imkien, hlief mill-esperjenza u hila taghha stess maz-zmien. Illum
ikollha diversi ordnijiet minn hbieb u persuni li jaraw ix-xoghol taghha. 
 Bdiet minn kartolini tal-birthday u llum
spiccat taghmel ta’ kull okkazjoni, skont it-talbiet li jkollha.
  Iddiskutejt ma’ Mary Anne
il-fatt li tkellimt dwaru fil-bidu – dwar kif mhux kulhadd juza kartolina sabiex
iwassal messagg. Staqsejtha jekk tahsibx li l-kartolini qed
jinqatghu bil-mod il-mod. “Skont ir-reazzjoni tan-nies li nara,
ghad hemm domanda ghalihom. Issib nies li sempliciment jaghtu
kartolina wahedha minghajr rigal. Tant hawn kartolini varji,
mdaqqsin u msebbhin, li kultant kartolina minnha nnifisha hija rigal validu
ukoll. Aktar u aktar meta jkunu jafu li huma maghmula
hand-made. Dawn qed jigu apprezzati aktar u aktar,” spjegatli Mary
Anne.
Fl-ahharnett xtaqet tirringrazzja lil
ommha, lir-ragel taghha, lil hbiebha u l-familja taghha, ghax li ma kienx
ghalihom kieku ma kinitx taghmel l-ewwel pass. 
Hekk kif konna lesti mill-intervista,
Mary Anne stednitni noqghod nara wahda wahda l-kartolini li kellha digà
lesti. Kategoriji ta’ kartolini varji, mqassmin skont it-tema
taghhom. Wahda isbah minn ohra, ppakkjati fil-boroz u kollha
differenti b’tali mod li mhux ser tara kartolina rrepetuta minn ta’ qabilha jew
warajha.

http://www.kullhadd.com/201111123459/Intervista/kartolini-ghal-kull-okkazjoni-personalizzati.html




  
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
Powered by Create your own unique website with customizable templates.
  • Store
    • Paintings
  • Home
    • FAQ's
    • Contact Us
    • Terms & Conditions
    • How it all started..
  • All personalised Felt Name Designs
    • All personalized felt name designs
    • Mini Personalized Felt Names
    • Garlands
    • Owls
    • Handmade Felt Souvenirs
    • Other Felt Products
    • How do I place my order
  • Christmas Items
    • Christmas Felt Ornaments
    • Christmas Clay Ornaments & Decor
    • Christmas Stockings
  • Clay Items
    • All Clay Items
    • The Happy Quotes
    • Dishes & more..
    • Clay Ornaments, Keepsakes & Wall Decor
  • Blog